Ir-raħħal Għawdxi Ġanni Attard, permezz tal-Avukat tiegħu Joshua Grech, ippreżenta Rikors b’Urġenza fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili biex jitwaqqaf il-proċess li mistenni jwassal għall-qtil tan-nagħaġ tiegħu.
Ir-Rikors hu kontra l-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija u d-Direttur Ġenerali tal-Veterinary and Phyto Sanitary Regulation. Ir-raħħal qed jargumenta li minħabba li għad hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti, għandu jkun sospiż il-qtil tan-nagħaġ.
F’dawn il-proċeduri, Ġanni Attard qed jgħid li l-awtoritajiet qed jiksrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu.
Għaldaqstant, f’dan ir-Rikors qed jargumenta li l-proċess tal-qtil tan-nagħaġ għandu jitwaqqaf immedjatament minħabba li, jekk jilħqu jinqatlu qabel id-deċiżjoni tal-Qorti, hu jkun bata minn preġudizzju irrimedjabbli la n-nagħaġ ma jkunux jistgħu jiġu rxuxtati.
//= $special ?>