Tliet snin ta’ Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat. Tliet snin dominati minn skandlu wara skandlu. Każ wara każ ta’ korruzzjoni. Korruzzjoni tant mifruxa li seħħet f’Kastilja stess.
Il-lista hi twila, u s’issa kienet mikxufa f’diversi każi. Fuq quddiem, il-każ tal-Cafe Premier u dak ta’ Gaffarena. Miljuni ta’ ewro jingħataw lil persuni biex il-Gvern ħa propjeta li kienet tiegħu.
- L-iskandlu tal-eluf ta’ visas lil ċittadini Alġerini biex għaddew minn Malta għall-Ewropa;
- L-iskandlu tal-eluf ta’ permessi ta’ residenza lil ċittadini Libjani f’każ ta’ korruzzjoni li tebba’ isem Malta fl-Ewropa;
- L-iskandlu tal-Kummissarju tal-Pulizija appuntat minn Joseph Muscat li kien sieħeb fin-negozju ma’ Gaffarena;
- L-iskandlu tal-art verħni li ngħatat lill-Ġordanizi fiż-Żonqor;
- Il-permess b’ingann mogħti lis-Segretarju Parlamentari Ian Borg biex jibni ġo Wied fir-Rabat;
- Iż-żjara mill-Ministru Joe Mizzi fi Spanja qabel kuntratt enormi ta’ €430 miljun fit-trasport pubbliku lill-istess skumpnaija Spanjola li hu żar
Tliet snin kartterizzati minn ftehim kbar li baqgħu moħbija
- Għaliex il-ftehim għax-xiri tal-elettriku bi prezz għoli għal 18-il sena sħaħ għadu mistur?
- Għaliex il-Gvern ma jridx jippubblika sepratament l-ismijiet tal-barranin li qed jixtru l-passaporti Maltin?
Gvern Laburista ġdid beda b’kuntatti mmedjati mal-Ażerbajġan, li hu dikjarat bħala l-iktar pajjiż korrott fid-dinja. F’każ ta’ trasparena żero, Konrad Mizzi u Joseph Muscat marru l-Ażerbajġan bil-moħbi ma’ Keith Schembri.
- Il-Gvern għamel garanzija bankarja bl-involviment tal-Ażerbajġan għal €360 miljun minn flus il-poplu;
- Jibda jibni Power station privata li l-qliegħ tieħdu hi imma t-telf ibatih il-poplu;
- Ibiegħ il-power station effiċjenti tal-BWSC u parti mill-EneMalta liċ-Ċiniżi.
- Il-Gvern Laburista jaghmel kuntratt għax-xiri taż-żejt li fisser telf għal Malta ta’ 14-il miljun dollaru;
- Konrad Mizzi u Joseph Muscat jordnaw lill-EneMalta tixtri ż-żejt, il-petrol u d-diesel minn kumpanija korrotta SOCAR tal-Ażerbajġan.
Ix-xibka tktompli tikkomplika hekk kif issa ġie żvelat l-aħħar skandlu, fejn il-Ministru Konrad Mizzi għandu attività finanzjarja sigrieta fil-Panama u fi New Zealand.
Il-Prim Ministru jipprova jiġġustifika dan l-iskandlu, iżda propju ftit ġranet wara tasal daqqa oħra għall-Gvern meta jkun żvelat li anki ċ-Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri għandu attivita finanzjarja fil-Panama.
Iżda possibbli li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri kkollaboraw flimkien dwar il-ftuħ tal-kumpanija sigrieta fil-Panama? Dan jiġi konfermat wara li l-Ministru Konrad Mizzi nnifsu ammetta li kien Keith Schembri li ħeġġu jiftaħ il-kumpanija sigrieta fil-Panama.. Propju l-Panama, pajjiz black-listed internazzjonalment għal din it-tip ta’ attivita finanzjarja.
Tliet snin ta’ skandli. Tliet snin li fihom Joseph Muscat tbiegħed minn dak li wiegħed qabel l-aħħar elezzjoni u qed imexxxi Gvern korrott.
//= $special ?>