Lokali

IL-MONTI FIL-BELT: nofs il-bejjiegħa ħadu €80,000 kull wieħed biex iwarrbu

Nofs il-bejjiegħa tal-monti fil-Belt Valletta aċċettaw l-offerta tal-Gvern biex iwarrbu u ma jibqgħux jarmaw.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret illum, il-Ministru Chris Cardona ikkonferma li dawn il-bejjiegħa ħadu 80,000 ewro kull wieħed sabiex b’hekk il-Gvern ikun jista’ iċaqlaq il-monti lejn naħa waħda biss ta’ Triq l-Ordinanza.
Qabel l-elezzjoni il-Gvern kien ghamel ftehim ma’ tal-monti biex dawn jiċċaqalqu lejn Triq l-Ordinanza kollha. Eventwalment, kien car illi dawn il-bejjiegha ma setgħux joqgħodu kollha f’dan l-ispazju, u għalhekk inħarġet din l-offerta li swiet lill-poplu 3 miljuni.

Waqt l-istess konferenza tal-ahbarijiet, Chris Cardona qal illi l-Gvern fadallu jiċċara din is-sitwazzjoni. Għalkemm skont hu, “il-bejjiegħa huma kuntenti”.
Chris Cardona ħabbar li anke d-disinn il-ġdid tal-bankarelli issa huwa lest.

“Sorsi infurmati qalulna li wħud minn tal-Monti waqt it-taħditiet bdew jgħidu lill-Gvern li kellu l-miljuni għal Gaffarena u għal tal-Cafè Premier, imma għalihom ma kellux.

Dan wassal biex l-iskandli tal-Cafè Premier u ta’ Gaffarena komplew għollew il-prezz għal deċiżjonijiet oħrajn tal-Gvern.