Il-President tal-Messiku, Enrique Pena Nieto, qabbel diskors tal-biljunarju Amerikan Donald Trump ‘mal-kummenti tal-eksmexxej Nażista Adolf Hitler’.
Nieto kien qed jagħti intervista lill-gazzetta Messikana Excelsior u fisser l-atteġġjament ta’ Trump – li hu l-kandidat favorit li jirrappreżenta lill-Partit Repubblikan fl-elezzjoni għall-Presidenza tal-Istati Uniti – bħala ‘stunat u irritanti’. Il-President Messikan kompla li ‘(l-eksdittaturi) Hitler u (Benito) Mussolini waslu fejn waslu bl-istess atteġġjament intolleranti’ u li ‘Trump ħalla impatt ħażin fuq ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.
Donald Trump qal li jekk ikun elett President tal-Istati Uniti, hu jibni ħajt tul il-fruntiera mal-Messiku biex l-immigranti ma jkunux jistgħu jaqsmu illegalment lejn l-artijiet Amerikani. Trump insista wkoll li l-Messiku ‘ikollu jħallas għal dan il-ħajt’, iżda l-President Nieto qal li ma teżisti l-ebda possibbiltà li l-Messikani jiffinanzjaw xi ħaġa bħal din.
//= $special ?>