Newsdesk

Illejla Ann Fenech waqt Newsdesk fuq Radio 101

Id-diskussjoni tal-lum waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar numru ta’ temi politiċi attwali. Il-President tal-Eżekuttiv, Ann Fenech, se tkun qed twieġeb għad-domandi tas-semmiegħa.

Ann Fenech se tispjega għalfejn fetħet it-tieni libell kontra l-Mexxej Laburista Joseph Muscat u kontra l-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef. Dan wara stqarrija li nħarġet mill-Partit Laburista u li fiha ġie allegat li Ann Fenech ilha b’kumpanija fil-Panama mill-2003 u li żammet kollox moħbi.

Dwar dan, il-President tal-Eżekuttiv tal-PN qalet li din l-istqarrija kienet attentat biex il-Partit Laburista jtellef jew inaqqas mir-reputazzjoni tagħha.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt