Internazzjonali

L-eksmembru tar-Rolling Stones, Bill Wyman, qed ibati bil-kanċer

Bill Wyman, eksmembru tal-grupp leġġendarju, The Rolling Stones, instab li qed ibati minn kanċer tal-prostata. Kelliem għall-mużiċista ta’ 79 sena qal li Wyman, bħalissa, għaddej minn trattament u mistenni jfiq kompletament peress li l-marda nqabdet fl-ewwel fażi tagħha.

Wyman – li jdoqq il-bass guitar – kien fost l-aktar mużiċisti influwenti tal-era tiegħu, u dam jifforma parti mis-Stones mill-1962 sal-1993.

Minn dak iż-żmien, Wyjman ( li twieled f’Londra bl-isem William Perks) ħareġ diversi recordings mal-grupp tiegħu Bill Wyman’s Rhythm Kings u kien involut f’tours mal-istess grupp.

Il-familja ta’ Wyman talbu biex il-privatezza tagħhom tkun rispettata f’dan il-perjodu delikat.