Lokali

L-iskandlu tal-Panama fost l-aħbarijiet ewlenin tal-jum għal Politico fi Brussell

Qalb ċifri u messaġġi dwar il-Jum Internazzjonali tal-Mara u riflessjonijiet wara s-summit tal-UE dwar l-immigrazzjoni, il-ġurnal elettroniku Politiku jsemmi lil Malta u l-iskandlu tal-Panama fost l-aħbarijiet ewlenin tal-jum.

Isemmi lill-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat u jgħid li dawn ġew akkużati li waqqfu kumpaniji sigrieti tal-familja f’Panama, anke jekk il-Panama “hi blacklisted mill-UE minħabba r-reġim finanzjarju” tal-pajjiż, u jikkwota artiklu f’ġurnal lokali.

Politico jsemmi wkoll lill-Oppożizzjoni li organizzat protesti kbar.

politico