Lokali

Marlene Farrugia tisfida lil Konrad Mizzi għal dibattitu

Wara li l-bieraħ fil-Parlament il-Ministru Konrad Mizzi sfida lill-eks-Deputat Laburista, Marlene Farrugia, illum kandidat indipendenti fil-Parlament, biex tressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fih, bil-Ministru Mizzi jgħid li l-Gvern, iressaqha għad-diskussjoni fi żmien tlett ijiem, dalgħodu Marlene Farrugia fuq il-profil tagħha fuq facebook kitbet dwar dan. Hi qalet li Konrad Mizzi jaf li ser jirbaħ għax flimkien ma’ sħabu għandu maġġoranza iggranfata mas-siġġu tal-poter li tibża tesprimi veru x’ taħseb fuqu fil-pubbliku.

Kif ghedtilkom f’post ieħor dik nagħmilha meta jkun l-aħjar għas-servizz tan-Nazzjon. Sadanittant qed nistieden lil Konrad Mizzi biex nagħmlu dibattitu pubbliku, one to one fuq is-suġġett fuq l-istazzjon Nazzjonali . I’m ready when you are Konrad! Ejja nagħmlu dibattitu fenominali!” Temmet tikteb Marlene Farrugia.

Il-bieraħ wkoll fil-Parlament il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sfida lill-Ministru Konrad Mizzi jressaq fil-Parlament ksur ta’ privileġġ issa b’rabta ma’ dikjarazzjonijiet li għamel hu ġimgħa ilu wara li faqqa’ l-iskandlu li fih inkixef il-Ministru Konrad Mizzi bil-kumpanija sigrieta fil-Panama u bit-trust sigriet fi New Zealand.

Kumment Marlene Facebook