Lokali

Nirien qawwija jaħkmu għalqa f’Ħaż-Żabbar

Ħadd ma weġġa’ f’nirien li dalgħodu ħakmu għalqa qrib il-Kalkara. Il-każ seħħ f’għalqa fi Triq Liberata, fejn jirriżulta li n-nirien oriġinaw minn skart goff li ntrema’.

Fil-fatt, fost materjal ieħor, instab li kien hemm mormija numru ta’ tyres, saqqijiet u anke ħwejjeġ.

In-nirien kienu kkontrollati minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ħadu ftit ħin mhux ħażin biex jikkontrollaw in-nirien qawwija li kien hemm.

Persuni li tkellmu ma’ NETnews.com.mt qalu li d-daħna kbira dehret minn żoni differenti, fosthom anke miż-Żejtun u rħula oħra fil-madwar.