Id-Deputat Nazzjonalista u Deputat Speaker Ċensu Galea qal fil-Parlament illejla b’rabta mal-mod kif ilbieraħ filgħaxija twaqqaf mill-Pulizija wara li ġrew warajh bil-karozza u bis-serena għal aktar mnn 300 metru u sab ma’ wiċċu arma tal-Pulizija, li dak mhux il-mod kif għandhom jitwaqqfu n-nies hekk kif iddikjara li fl-ebda mument ma qal li hu membru parlamentari.
Ilbieraħ filgħaxija, Ċensu Galea twaqqaf mill-Pulizija fi triqtu lejn ta’ Giorni wara li dawn kienu qed ifittxu ħalliel jew ħallelin li wettqu hold-up ftit qabel. Meta twaqqaf, Censu Galea ntalab ipoġġi jdejh fuq l-isteering waqt li l-Pulizija pponta l-arma tan-nar fid-direzzjoni tiegħu. Hu kien qed isuq karozza tat-tip Fiat, u kien flimkien ma’ bintu u l-għarus tagħha.
Illejla fil-Parlament waqt il-ħin tal-Aġġornament, b’riferenza għal xi kummenti li saru fil-midja soċjali dwar dan l-inċident li seħħ wara li spiċċa mix-xogħol tal-Parlament, Ċensu Galea saħaq li hu qatt ma jippretendi trattament differenti.
Spjega wkoll li r-rispett tiegħu lejn il-Pulizija kien għoli, għadu għoli hu hekk jittama li jibqa’.
//= $special ?>