Lokali

FILMAT : “Ħadd mhu jemmen lil Konrad Mizzi”

Ritratt : Times of Malta / Times Talk facebook

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa fl-ebda ħin minn kemm ilu li ġie żvelat li għandu kumpanija sigrieta fil-Panama, ma mar għand il-Prim Ministru bir-riżenja tiegħu. Anzi, Konrad Mizzi jemmen li għandu jibqa’ fil-karigia li għandu minkejja li nqabad bil-kumpanija sigrieta.

Dan ġie żvelat meta l-istess Konrad Mizzi kien mistoqsi waqt il-programm Times Talk dwar il-possibilita’ ta’ riżenja tiegħu – xi ħaġa li Konrad Mizzi njora għal kollox.

Waqt il-programm, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami spjega fid-dettall għalfejn il-pożizzjoni ta’ Konrad Mizzi m’għadiex tenibbli. U għaliex ħadd mhu jemmen lil Konrad Mizzi li fetaħ trust fi New Zealand u kumpanija sigrieta fil-Panama – jiġifieri n-naħa l-oħra tad-dinja – biex jitfa’ 92 ewro u d-dar f’Londra u Malta.