Lokali

Flus kontanti jinsterqu minn ħanut tal-merċa

Ritratt: Mill-arkivji

Ammont sostanzjali ta’ flus kontanti u mobile phone top-up cards insterqu minn ħanut tal-merċa lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-9:30pm, fi Triq l-Isqof F. S. Caruana, l-Imsida.

Minn investigazzjonijiet perliminari jirriżulta li raġel mgħammad daħal fl-imsemmi ħanut, ipponta arma tan-nar lejn impjegat li għandu 20 sena u talbu l-flus. F’dak il-ħin l-impjegat kien waħdu fil-ħanut.

Filwaqt li ż-żagħżugħ ta lill-ħalliel dak li ried, dan tal-aħħar ħataf numru ta’ mobile phone top-up cards u ħarab.

Il-każ qed jiġi nvestigat mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali u l-Pulizija tad-Distrett ta’ tas-Sliema filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.