Il-gowkiper Olandiż Edwin Van der Sar se jirritorna għal futbol milgħub fl-eta’ ta’ 45 sena hekk kif se joħroġ mill-irtirar biex jgħin lill-eksklabb amateur tiegħu ta’ VV Noordwijk wara li l-gowlkiper regolari tagħhom weġġa’. L-aħħar partita tal-eksplejer Olandiż kienet il-finali taċ-Champions League tal-2011 li fiha Manchester United tilfu 3-1 kontra Barcelona.
Bil-gowlkiper Mustafa Mare Zine barra mill-azzjoni, Noordwijk kitbu lill-Assoċjazzjoni Olandiża biex iħallu lil Van der Sar jilgħab is-Sibt kontra Jordan Boys liema permess ingħata.
“Edwin għadu jaħseb b’mod pożittiv fuq il-klabb u jkun hawn regolarment. Wara li tkellimna miegħu hu qabel li jilgħab u qed nassumu li hi bażikament għal partita waħda biss.” qal id-direttur Tekniku ta’ Noordwijk Pieter Vink.
Ir-ritorn ta’ Van der Sar hu mistenni li jkun qasir, iżda l-partitarji tal-gowlkiper għandhom ċans li jaraw lill-gowlkiper li lagħab 130 logħba man-Nazzjonal darba oħra.
//= $special ?>

