Il-GRTU ssostni li l-Governanza Tajba hi bla dubju pilastru essenzjali f’ambjent ta’ ekonomija b’saħħitha bbażata fuq regolamentazzjoni tajba ħalli n-negozjanti Maltin jingħataw fiduċja u biex jkun attirat l-investiment lejn Malta. Madankollu, dan il-valur tant improtanti ma twettaqx.
Fi stqarrija, il-GRTU qalet li hu inaċċettabbli li jidher li n-nuqqas ta’ Governanza Tajba qed tidħol bħala xi ħaġa aċċettata fis-sistema. Kompliet li dak li ġara fl-aħħar ġimgħat ma jħalli l-ebda għażla lil-Leġiżlaturi milli jieħdu din l-opportunità u jqumu għall-okkażjoni ħalli jibgħatu messaġġ li dan mhux aċċettabbli.
Għandu jsir kull sforz biex fil-kuntest tal-kontabbiltà u t-trasparenza, terġa’ tinkiseb il-fiduċja pubblika, sostniet il-GRTU, li kompliet li s-settur privat hu mmexxi minn regolamenti li jassiguraw attitudni etika u korrettezza. Dan għandu jkun applikat fl-aspett ġenerali.
Il-GRTU qalet li hi minn dejjem appellat lill-awtoritajiet biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa ħalli ma jkunx hmem inġustizzji. Appellat biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jagħmlu minn kollox ħalli l-fiduċja terġa’ tkun stabbilita biex jinqatgħu l-abbużi, il-konflitti ta’ interess u anke l-arranġamenti dubjużi.
//= $special ?>