Lokali

Il-UĦM titlob ir-rikonoxximent fil-Freeport

Il-UĦM Voice of the Workers qalet li talbet ir-rikonoxximent uffiċjali mingħand il-management tal-Freeport Terminal sabiex din il-union tibda tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-Freeport mill-ġdid.

Dan wara li fl-aħħar ġimgħat numru sostanzjali ta’ ħaddiema rriżenjaw mill-General Workers’ Union (GWU).

Mindu l-GWU bdiet tirrapreżenta lill-ħaddiema f’Ġunju tas-sena li għaddiet, qalet il-UĦM, il-problemi u t-tħassib fost il-ħaddiema dwar il-mod kif kienet taġixxi l-GWU naqsux.

“Mhux ta’ b’xejn li minn żmien għal żmien saru diversi riżenji mill-GWU,” temmet tgħid il-UĦM.