Rapport minn sit tal-aħbarijiet tal-Ażerbajġan jikkonferma li l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat u l-Prim Ministru dittatur tal-Ażerbajġan Aliyev kellhom laqgħa weħidhom fil-privat, mingħajr l-ebda uffiċjal jew membru ieħor tad-delegazzjonijiet tagħhom.
Dan kien ġie żvelat f’artiklu li kien ippubblikat mis-sit ‘Trend’ f’Diċembru 2014 (ara l-istampa t’hawn taħt).
Ir-rapport jgħid li membri tal-Kabinett tad-dittatur Aliyev tkellmu mas-sit ‘Trend’ fejn qalu li ż-żewġ Prim Ministru iltaqgħu fil-privat. Kien biss aktar tard li maż-żewġ Prim Ministri ngħaqdu delegati miż-żewġ pajjiżi.
Fl-2014, il-Prim Ministru Joseph Muscat mar l-Ażerbajġan bil-moħbi tal-anqas tlett darbiet. Fit-tlett okkażjonijiet hu kien akkumpanjat mill-Ministru Konrad Mizzi, miċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, u mill-Kap tal-Komunikazzjoni tiegħu, Kurt Farrugia.
Wara ż-żjarat bil-moħbi fl-Ażerbajġan, Konrad Mizzi u Keith Schembri fetħu struttura finanzjarja li tinkludi ‘trusts’ fi New Zealand u kumpaniji sigrieti fil-Panama.
Il-Panama hu magħruf għal kumpaniji li jinfetħu biex fihom jitpoġġew flejjes li jkunu nkisbu minn attivitajiet kriminali.
//= $special ?>