Konrad Mizzi jiftaħ libell kontra Beppe Fenech Adami
F’għeluq it-tliet snin tiegħu fil-Gvern, flok iċċelebra l-ewwel sena tal-Power Station li wiegħed qabel l-elezzjoni, il-Ministru Konrad Mizzi spiċċa kellu jagħmel libell lill-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Dwar dan, il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab ħerqan li jara lil Konrad Mizzi jixhed bil-ġurament u jgħid għaliex fetaħ kumpanija fil-Panama wara li sar Ministru responsabbli mill-akbar proġetti fil-pajjiż, kif għamel sieħbu Keith Schembri, fl-istess żmien, bl-istess konsulent finanzjarju u ftit biss wara żjara mistura fl-Ażerbajġan.
Konrad Mizzi jista’ jiftaħ kemm irid libelli imma triq waħda għandu: li jirriżenja qabel ma jkompli jniżżel il-Gvern Laburista miegħu, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>