Lokali

Lesti naħdmu ma’ kull min irid inaddaf il-politika – Simon Busuttil f’laqgħa mal-imsieħba soċjali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jenfazizza l-importanza tat-trasparenza u l-Governanza Tajba mill-Gvern f’laqgħa li kellu mal-imsieħba soċjali.

Fil-laqgħa, Simon Busuttil tratta d-dokument b’aktar minn 100 proposta li ħareġ il-Partit Nazzjonalista dwar il-Governanza, fejn qal li mill-Oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed jintrabat fuq diversi aspetti ta’ inizjattivi ġodda ħalli l-pajjiż ikun iggvernat b’sistemi li jeliminaw il-korruzzjoni.

Fil-kuntest tas-sitwazzjoni politika preżenti, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-pajjiż jeħtieġlu governanza trasparenti u tajba biex il-politika titnaddaf darba għal dejjem. Simon Busuttil sostna li din li titnaddaf il-politika se tkun il-missjoni fl-impenn politiku tiegħu bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Simon Busuttil MCESD-2490