Matul il-ġurnata tal-Erbgħa reġa’ kien hemm ġlied f’ Ben Guerdane tul il-fruntiera Tuneżina mal-Libja. Dan hekk kif kien qed isir il-funeral ta’ dawk li nqatlu nhar it-Tnejn wara attakk tal-ISIS f’din il-belt li ħalla mal-50 persuna mejta.
Skont il-Gvern Tuneżin, tal-anqas żewġ terroristi kif ukoll suldat inqatlu fi sparar li kien hemm fl-inħawi ta’ Oued Rbyaa. Kien hemm ukoll persuna ċivili li ndarbet. Uffiċjali qalu li l-isparar inqala’ wara li ġellieda tal-ISIS li kienu għadhom ma nqabdux wara r-rejd li wettqu ftit ġranet ilu, ippruvaw jisirqu l-ikel.
Wara l-attakk, il-Gvern bagħat ammont kbir ta’ suldati lejn il-belt fi sforz li jsibu lil dawk li
fadal u f’dawn l-aħħar ġranet kien hemm seba’ terroristi oħra li nqatlu.
Mill-ġdid ġlied tul il-fruntiera tat-Tuneżija mal-Libja
