Aktar kmieni llum, Richard Chetcuti ppreżenta ittra ta’ riżenja mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex. F’din l-ittra, hu skuża ruħu għall-kummenti li għadda fuq is-sit soċjali Facebook, kliem li ma jixraq lill-ebda persuna, wisq aktar lil kunsillier li jirrapreżenta lil dawk li eleġġewh. F’dan id-dawl, Richard Chetcuti ħass li jkun aħjar li jirriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Kunsillier.
//= $special ?>Richard Chetcuti jirriżenja mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex
9 ta' Marzu 2016