Sewwieq ta’ mutur weġġa’ wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ma’ vann fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45pm fi Triq Tas-Sliema, meta għal xi raġuni seħħ l-impatt bejn il-mutur u l-vann tat-tip Peugeot.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, iżda għalkemm il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa, sorsi li tkellmu ma’ NETnews.com.mt qalu li ma jidhirx li r-raġel weġġa’ serjament.
Min-naħa l-oħra, ix-xufier tal-vann ma jidher li sofra l-ebda feriti.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>