Numru ta’ persuni esprimew rabja għal xufier ta’ karozza tal-linja li spiċċaw Birkirkara minflok ma’ ħadhom ir-Rabat skont ir-rotta.
Skont persuni li tkellmu fuq il-media soċjali, ix-xufier kien ta’ nazzjonalità Spanjola u l-passiġġieri li rikbu tal-linja staqsew jekk il-karozza tal-linja tmurx ir-Rabat, bix-xufier iwġieġeb iva.
Madanakollu, il-passiġġieri spiċċaw Birkirkara minflok “għax (ix-xufier) ma kienx jaf fejn hu r-Rabat”. “Ara biex irridu naħdmu” qalet persuna li kienet passiġġiera fuq l-istess rotta.
Oħrajn iddefendew lix-xufier. “Jekk ma kienx jaf fejn hu r-Rabat mhux tispjegawlu r-rotta? L-anqas tagħtu tort lix-xufier, speċjalment li mhuwiex Malti” qalet persuna oħra. Persuna oħra ġġustifikat il-każ u qalet “ġieli kien xufier Malti u ma kienx jaf it-toroq minn fejn jgħaddi!”.
Ritratt: Il-venda ta’ Birkirkara
//= $special ?>