Internazzjonali

Chumlee ta’ Pawn Stars arrestat f’Las Vegas

Austin Lee Russell, il-personalità tar-Reality TV magħruf bħala ‘Chumlee’ mal-miljuni tas-segwaċi, spiċċa l-ħabs f’Las Vegas, wara li kien arrestat fuq akkużi li jikkonċernaw pussess illegali ta’ arma u d-droga.

Russell – jew ‘Chumlee’ – hu sinonimu mal-Pawn Stars, ir-reality show popolari ħafna fl-Istati Uniti u kien miżmum mill-pulizija waqt investigazzjoni dwar każ ta’ aggrediment bi skop sesswali.

Stqarrija qalet li l-pulizija sabet id-droga metafetamina, flimkien ma’ kwantità ta’ ħaxixa u almenu arma tan-nar wara li fittxet fir-residenza tal-personalità. Ir-rapporti qalu li ‘Chumlee’ kellu jitressaq il-qorti biex iwieġeb dwar 19 il-akkuża rigward pussess tad-droga u akkuża oħra li tikkonċerna l-arma. Sadanittant, il-pledge għall-garanzija proviżorja ta’ dan il-personalità kien iffissat mat-$62,000.

Huwa fatt li ‘Chumlee’ mhux qed ikun implikat fl-allegazzjoni dwar ir-reat sesswali, bil-pulizija qed tkompli tinvestiga l-ilment ta’ mara dwar dak il-każ.