Lokali

Filmat: Tiżżewweġ u tmut f’ġimgħa

Adam ħa lil Kerry bħala martu erba’ t’ijiem biss qabel hija ħalliet din id-dinja. Huwa żżewweġ lil Kerry fuq l-istess sodda li mietet fiha.

Il-koppja ħadet l-għerusija f’April tas-sena l-oħra u kienu qed jippjanaw li jiżżewġu f’Malta u bbukjaw il-biljetti tal-għajru għal Malta biex jibdew it-tħejjijiet. 3 xhur wara, eżatt qabel il-btala f’Malta, Kerry bdiet tħoss żaqqha minfuħa. In-nies bdiet taħseb li Kerry tqila imma f’Lulju tas-sena l-oħra, it-tobba jgħidu lil Kerry li kellha kanċer fl-istonku.

Meta l-koppja marret lura l-Ingilterra, it-tobba neħħewla cyst ta’ 22 ċentimeru imma dan ma kienx biżżejjed. Kerry kellha tibda tieħu l-kimoterapija.

Ix-xewqa ta’ Kerry li tiżżewweġ kompliet tikber. Madanakollu Adam jgħid li ma riedx jiżżewweġ lil Kerry fl-isptar imma wara li żżewwiġha stqarr li kieku ma żżewwiġiex kien se jiddispjaċih għal ħajtu kollha.

Fit-2 ta’ Marzu li għadda Adam u Kerry iżżewġu u erba’ t’ijiem wara fis-6 ta’ Marzu Kerry titlef il-battalja kontra l-kanċer.

Segwi aktar fil-filmat t’hawn taħt.