Internazzjonali

AĠĠORNATA: Tal-anqas persuna feruta fi sparatura f’Pariġi

Cafe Papa in Bastile ParisGunfight at the #Bastille, in front of the restaurant"Chez Papa".1 man in a serious condition.Taken without permission

Persuni armati darbu almenu persuna waħda, wara li fetħu n-nar qrib ristorant f’Pariġi. Skont il-Pulizija Franċiża, l-ewwel indikazzjonijiet juru li l-isparatura m’għandha l-ebda rabta ma’ attakk terroristiku, iżda huwa aktarx argument bejn żewġ minn nies li eskala. Il-Pulizija ikkonfermat ukoll li n-numru ta’ tiri sparati laqtu lill-vittma fl-istonku, għalkemm ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-aggressur prova jaħrab mill-post, iżda ftit wara inqabad mill-Pulizija u ġie arrestat. Il-media Franċiża qed tirraporta wkoll li ż-żewġ persuni l-oħra involuti fl-attakk għadhom ma nqabdux.

L-isparatura seħħet xhur biss wara li terroristi tal-ISIS kienu massakraw għexieren ta’ nies f’sensiela ta’ attakki fid-diversi nħawi tal-kapitali Franċiża. L-attakk seħħ propju fiż-żona ta’ Bastille, fir-ristorant bl-isem ta’ Chez Papa.

police

L-aħħar rapporti qalu li l-Pulizija arrestat persuna u li nies oħra konnessi mal-attakk jinsabu maħruba. L-iskop wara l-isparatura għadu mhux magħruf.

Aktar dettalji hekk kif jaslulna.

MAP-Paris-Shooting