In-nuqqas ta’ xita x-xahar li għadda, ġie milqugħ b’reazzjonijiet differenti. Għan-numru kbir ta’ dilettanti tal-Karnival ħabtet tajjeb hekk kif kellhom opportunita’ tajba biex igawdu l-ħidma ta’ sena sħiħa, filwaqt li numru kbir ta’ nies oħra xtaqu aktar xita matul x-xahar ta’ Frar.
Madanakollu, skont l-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta, Frar tal-2016 kiser żewġ rekords, hekk kif ġie irreġistrat li kien l-aktar Frar xott fl-aħħar 93 sena. Dan hekk kif irreġistra l-ogħla temperatura medja fi Frar mill-1923.
Apparti li kien xahar xott, fi Frar ir-riħ nefaħ xi ftit aktar mis-soltu hekk kif dan ix-xahar kien fih ukoll istanzi fejn kien hemm istanzi ta’ riħ qawwi u anke ċpar.
//= $special ?>