Kap ewlieni tal-ISIS, li kien meqjus bħala l-Ministru tal-Gwerra, qed ikun irrappurtat bħala ‘ħaj iżda midrub gravi’. Dan wara rapporti l-Erbgħa li qalu li Abu Omar al-Shishani ‘x’aktarx li kien inqatel’ waqt attakk mill-qawwiet tal-ajru tal-Istati Uniti.
Dawn l-uffiċjali kienu qalu li Abu Omar al-Shishani – magħruf bħala ‘Omar iċ-Ċeċen’ – kien il-mira ta’ attakk speċifiku qrib il-belt Sirjana ta’ al-Shadadi. Is-Syrian Observatory for Human Rights qal li t-terrorista ‘ġarrab feriti kbar fl-attakk iżda salva b’ħajtu’. Ingħad ukoll li ‘Omar iċ-Ċeċen’ kien ittrasferit lejn bażi ewlenija fil-qalba tal-ISIS fejn jinsab rikoverat.
Jingħad li hu qed jaġixxi bħala konsulent militari ewlieni tal-Mexxej tal-ISIS, Abu Bakr al-Baghdadi, li, min-naħa tiegħu, ‘jiddependi ħafna fuq il-pariri tal-istess Shishani’.
‘Il-Ministru tal-Gwerra’ tal-ISIS ‘ħaj iżda midrub gravi’
