Fuq Dissett il-Prim Ministru iddefenda l-indifensibbli.
Hija din l-ahhar dikjarazzjoni li waslet mid-deputat Marlene Farrugia wara l-intervista tal-Prim Ministru ma’ Reno Bugeja.
F’kumment fuq Facebook, l-eks deputat Laburista għamlet lista ta’ 4 fatti importanti:
– Konrad Mizzi nkarigat mill-akbar kuntratti fil-pajjiż
– Konrad Mizzi nkarigat mill-bejgh tal-akbar assi tal-pajjiż
– Konrad Mizzi ma jippublikax il-kuntratti għall-iskrutinju tal-poplu
– Konrad Mizzi ħass il-bżonn li jiftaħ kont fil-ġurisdizzjoni magħrufa għall-ħasil u l-ħabi tal-flus , il-ġurisdizzjoni tal-Panama.
Il-fatt li l-Ministru Mizzi fetaħ kont fil-Panama f’dawn iċ-ċirkostanzi huwa biżejjed biex jitneħħa minn Ministru, issostni Farrugia.
“Sakemm jirreżenja Konrad Mizzi, ser tibqa ssir il-ħsara lill-Gvern u lill-pajjiż.”
L-eks deputat laburista kienet qed tirreaġixxi ukoll ghal dak li qal Muscat meta semma’ li raħas il-kont tad-dawl. U hi tistaqsi…ra]as id-dawl? “Meta wieħed iħares lejn il-prezz taz-zejt illum, l-efficenza fil-produzzjoni li zdiedet bid-decommissioning tal-Marsa, l-uzu tal-BWSC u l-interconnector, fejn jidħol id-dawl u l-fuels il-poplu qed jinsteraq.
//= $special ?>