L-10 ta’ Marzu hi l-World Kidney Day. F’din il-ġurnata diversi għaqdiet internazzjonali jorganizzaw diversi attivitajiet sabiex iqajmu għarfien dwar il-mard tal-kliewi. Fost dawn hemm id-dipartiment tar-Renal Unit fi ħdan l-isptar Mater Dei.
Tkellimna ma’ Paul Calleja dwar il-bżonn li jitqajjem aktar għarfien dwar il-mard tal-kliewi.
Paul qalilna wkoll wieħed x’jista’ jagħmel sabiex jgħin fil-ħidma tar-Renal Unit tal-Isptar Mater Dei.
Tkellimna wkoll ma’ Amy Camilleri li snin ilu mardet bil-kliewi iżda kellha lil ommha li għenitha li tagħta kilwa minn tagħha.
Wara li ghamlet l-operazzjoni tant delikata u li kienet suċċess, Amy setgħet tkompli bil-ħajja tagħha. Għalkemm issa qed terġa tistenna għal kilwa oħra.
Li wieħed jgħaddi minn din l-esperjenza m’hix xi ħaġa faċli anke għall-qraba tal-pazjent. Dwar dan Amy xtaqet tgħaddi messaġġ lill-pubbliku.
Bħalissa hemm madwar 95 pazjent jistennew sabiex jirċievu donazzjoni ta’ kilwa fuq il-lista. Sabiex wieħed ikun jaf jekk jistgħax jagħmel donazzjoni ta’ kilwa hemm process twil li wieħed irid jgħaddi minnu, iżda li wieħed jgħin billi jagħmel donazzjoni tad-demm tieħu biss ftit kuraġġ u ftit ħin!
//= $special ?>