Jeremy Meeks lest biex joħroġ mill-ħabs u jibda ħajja ġdida fuq il-palk tal-moda. Mir-ritratti tiegħu, mhux diffiċli li wieħed jifhem għalfejn.
Fl-2014, il-missier ta’ tlett itfal intbagħat 27 xahar ħabs minħabba reati dwar armi. Imma f’dan iż-żmien, kien kapaċi ‘jagħti sentenzi’, b’mod kompetament differenti, lil ħafna tfajliet li segwewh fuq Instagram.
Ir-ritratti tar-raġel mill-ewwel ġibdu attenzjoni mhux żgħira, speċjalment minn tfajliet, u issa mistenni jaqta’ ‘l-għatx’ ta’ ħafna li assoċjawh mill-ewwel mad-dinja tal-moda.
Malli joħroġ mill-ħabs però se jkun qed ipatti għall-ħin mitluf minn mal-familja, kif juru l-istess ritratti tiegħu fuq Instagram. Ftit huma l-priġunieri li jingħataw merħba lura fis-soċjetà bħal ma qed jingħata Meeks.
//= $special ?>