L-omm li kienet akkużata li ħalliet vettura weħidha, bil-konsegwenza li saqha binha u li ħallietu isuqha vettura bla liċenzja u bla polza tal-assigurazzji kif ukoll li naqset li tieħu ħsieb lill-istess iben, ngħatat il-liberta’ proviżorja.
L-omm tressqet il-Qorti quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, u ġiet mwisssijaha biex tibda iżomm iċ-ċwievet siguri u fil-but tal-ħwejjeġ, għax se tispiċċa fl-inkwiet minħabba uliedha.
L-omm li isimha mhux jixxandar biex ma tinkixifx l-identita’ ta’ uliedha minorrenni wieġbet li ma kienetx ħatja. L-Avukat Gianella de Marco u l-Avukat Gianluca Caruana Curruana, li qed jiddefendu lill-omm, talbu għall-ħelsien mill-arrest tagħha. Saħqu li l-omm hi ‘single parent’ u hi trid tieħu ħsieb ta’ uliedha.
L-omm ingħatat il-ħelsien mill-arrest mill-Maġistrat Galea taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom li nhar ta’ Erbgħa u Sibt trid tiffirma fl-għassa tal-Belt, filwaqt li ġiet ordnata tħallas depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000.
//= $special ?>