Internazzjonali

Jinkisbu dokumenti sigrieti tal-ISIS li jikxfu minn huma l-membri madwar id-dinja

Is-Sky News fir-Renju Unit irnexxielu jikseb dokumenti sigrieti tal-ISIS li jikxef il-mod kif qed jirreklutaw il-ġellieda madwar id-dinja u fejn jinsabu.

Id-dokumenti għandhom infiormazzjoni dwar tal-anqas 22,000 perusna li qed jiġġieldu jew jappoġġjaw l-ISIS minn 51 pajjiż madwar id-dinja. Id-dokumenti jisvelaw li l-maġġoranza huma Għarab filwaqt li l-maġġoranza tal-Ewropei mal-ISIS huma minn Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit.

Id-dokumenti nsterqu fuq memory stick miċ-ċentru tas-siġurta interna tal-ISIS minn eks uffiċjal tal-grupp li issa ħarab lejn it-Turkija. Dawn id-dokumenti issa ngħataw is-servizzi sigrieti Ingliżi.