Kultura

Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa mill-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem

ViviLnk

F’Birkirkara, t-18-il edizzjoni tal-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa, se terġa’ tittella’ mill-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem. Din il-wirja bl-isem ta’ Flagellatio Domini, daħlet fil-kalendarju tradizzjoni f’dan iż-żmien partikolari tas-sena u fiha jkunu eżebiti numru ta’ opri tal-arti.

Il-pubbliku hu mistieden li jżur ċ-Ċentru Parrokjali San Ġużepp Ħaddiem fi Triq Bwieraq. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mid-9am sa 12pm, u mill-4pm sa 9pm kuljum, f’Ħamis ix-Xirka mid-9am sa 12pm u mill-4pm sa 12am, filwaqt li fil-Ġimgħa l-Kbira l-wirja se tkun miftuħa mid-9am sas-1pm, u mill-4pm sas-6pm.