Għat-13-il sena konsekuttiva, il-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira se jerġa’ jkun iddominat mill-mixja annwali ta’ eluf ta’ persuni mill-Mellieħa sal-Isla. Is-sena li għaddiet, aktar minn 10,000 persuna pparteċipaw biex jinġabru flus b’risq Puttinu, bin-numru ta’ parteċipanti din is-sena mistenni jkun akbar.
L-idea tal-Mixja nbdiet minn Joseph Vella, mill-Mellieħa, u ibnu tar-rispett Glenn. Madankollu, minn sena għall-oħra, in-numru ta’ persuni li pparteċipaw dejjem kompla jiżdied. Pereżempju, is-sena l-oħra biss, inġabru aktar minn €100,000 minn parteċipanti u numru ta’ sponsors. Dawk li jipparteċipaw huma mitluba donazzjoni ta’ mill-anqas €10.
Min jixtieq jattendi għall-Mixja ta’ din is-sena, hu mistieden biex fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis 24 u l-Ġimgħa 25 ta’ Marzu jkun fis-1.30am f’Misraħ iż-Żjara tal-Papa (il-Pjazza tas-Santwarju) fil-Mellieħa. Il-Mixja mbagħad tibda fis-2am, iddum madwar erba’ sigħat u tkopri madwar 30km.
Mal-wasla, il-parteċipanti kollha jingħataw ċertifikat ta’ attendenza, filwaqt li jkunu mistiedna jattendu għal Adorazzjoni li ssir fil-Knisja ta’ Marija Bambina fl-Isla.
//= $special ?>