Lokali

Direct Order ta’ €17,000 għal Nexia BT fl-eqqel ta’ skandlu nazzjonali

Il-konsulenti finanzjarji li kienu wara l-kumpaniji sigrieti fil-Panama tad-Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi u anke ta’ Keith Schembri ic-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Nexia BT… ingħataw ukoll direct order ta’ 17,000 ewro biex iwettqu studju dwar il-lettrini pubblici.

Din id-direct Order ingħatat mill-Ministru tat-Turizmu Edward Zammit Lewis il-ġimgha li għaddiet. Din l-istorja kienet zvelata illum mit-Times of Malta.

Dan il-kuntratt jghid li Nexia BT… ser taghmel feasibility study dwar l-immodernizzar u l-mod kif jitħadmu l-latrini pubbliċi fiċ-ċentru ta’ Malta. Is-sorsi tat-Times qalu li NEXIA Bt mistennija li tipproponi li dawn jitħaddmu fuq il-mudell ta’ Public Private Partnership.

Sa issa l-Ministru Zammit Lewis għadu ma tax spjega għalfejn intgħażlet din il-kumpanija u għaliex ma kienx hemm sejħa pubblika biex jintefgħu tenders.

Din il-kumpanija li tinsab fiċ-ċentru tal-iskandlu ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri ingħatat ammont konsiderevoli ta’ kuntratti kemm ilu l-Labour fit-tmexxija tal-pajjiż. Minkejja dan il-Gvern sal-lum il-ġurnata għadu ma qalx kemm tħallset Nexia BT għal dawn il-kuntratti li ngħatat.

Nexia BT hi l-kumpanija tal-awditjar tal-Kumpaniji li kellu Keith Schembri, il-Grupp Kasco, kif ukoll tieħu ħsieb l-awditjar ta’ wħud milll-kumpaniji lokali li huma parti mill-Electrogas Consortium, il-konsorzju li qed jibni l-powerstation l-ġdida f’Delimara.