Lokali

FILMAT : It-tielet anniversarju ta’ Joseph Muscat f’nofs kriżi ta’ korruzzjoni – PN

Minkejja li hu fatt magħruf li l-Panama ma tagħtix informazzjoni dwar kumpaniji reġistrati għandha, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jibqa’ jinsisti li mhux se jiehu passi kontra Konrad Mizzi jekk l-‘audit’ ma jsib xejn hazin.

 Joseph Muscat qal dan f’Konferenza tal-Aħbarijiet li matulha poġġew bilqegħda warahk uħud mill-membri tal-Gvern. Fost oħrajn, fuq ix-xellug tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi, li f’għeluq it-tlett snin ta’ Gvern Laburista, qed tiżdied fuqu l-pressjoni biex jirriżenja.

Dan wara li nqabad li hu, flimkien maċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama fl-istess perjodu li marru l-Ażerbajġan bil-moħbi ma’ Joseph Muscat.

Iżda Muscat, ma kienx kapaċi jagħti raġuni waħda għalfejn il-kumpaniji sigrieti nfetħu fl-istess żmien li marru l-Ażerbajġan. Minflok, Muscat qagħad jilgħab bil-kliem.

Filwaqt li Muscat qed jinsisti li l-proċess ta’ awditjar se jikxef kollox, hu fatt magħruf li l-Panama ma tagħtix informazzjoni. Iżda Muscat jibqa’ jinjora dan il-fatt.

F’għeluq it-tlett snin mindu ħa l-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru, il-Gvern ta’ Joseph Muscat illum taħt pressjoni biex ikeċċi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama.

Ara siltiet mill-konferenza tal-aħbarijiet li xandarna live fuq facebook.