Lokali

FILMAT U RITRATTI: Nar jaħkem appartament f’Pembroke

Mara’ ta 85 sena u persuna oħra kellhom ikunu evakwati minn appartament f’Pembroke minħabba nirien li kienu kkawżati minn ‘short circuit’. In-nirien żviluppaw fil-kċina u fil-kamra tal-bejt.

NETnews.com.mt jinsab infurmat li aktarx, ix-short circuit kien ikkawżat minn sajjetta waqt il-maltemp ta’ dalgħodu. Dan jirriżulta minn plakkek tal-elettriku li nqerdu kompletament.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li tat l-ewwel assistenza lill-anzjana li jidher li belgħet xi duħħan għalkemm ma kienx rappurtat li weġġgħet fl-inċident.

Issejjħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien fl-appartament li jinsab fi Triq Walter Ganado, qrib l-ITS.

Nar Pembroke

Nar 2