Lokali

Id-differenza fl-istandards bejn Simon Busuttil u Joseph Muscat

Jekk qatt kien hemm dubju, id-differenza fl-istandards bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u l-Mexxej Laburista Joseph Muscat ħarġet fl-aħħar jiem.

Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija, fejn fakkar kif quddiem l-akbar skandlu fl-istorja politika Maltija, bl-aktar żewġ persuni viċin tiegħu jinqabdu li għandhom kumpaniji sigrieti fil-Panama u li fetħuhom kemm ilhom fil-poter, Muscat għażel li jiddefendihom minflok li jkeċċihom minnufih.

Min-naħa l-oħra, wara każ ferm iżgħar fejn Kunsillier Nazzjonalista uża’ kliem mhux xieraq fil-konfront ta’ Ministru fuq il-media soċjali, il-Kunsillier intalab jirriżenja.

Il-Partit Nazzjonalista qal li din hi d-differenza bejn iż-żewġ mexxejja. Fuq naħa Simon Busuttil qed iwettaq it-tieni missjoni politika tiegħu, wara dik tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri li jnaddaf is-sistema politika darba għal dejjem. Min-naħa l-oħra, Muscat qed jegħreq fi kriżi ta’ korruzzjoni.