…u f’Għajn Tuffieħa se jitħallew isiru biss barbecues bil-gass
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kellu jirtira deċiżjoni li kien ħa biex jerġa’ jdaħħal il-barbecues fuq il-Bajja tal-Għadira.
Jirriżulta li din il-ġimgħa, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mmexxi minn maġġoranza Laburista, kien kostrett jirtira bylaw li kien ressaq l-istess Kunsill biex ikunu jistgħu jsiru bbqs fil-Bajja tal-Għadira wara nuqqas ta’ seba’ snin.
Dan se jerġa’ jġib lura s-sitwazzjoni li dwarha, fl-2009 ken ġie deċiż b’mod unanimu tal-Kunsill biex ma jkunux aktar permessi barbecues fil-bajja, u li kienu qed iħallu ambjent xejn sigur u nuqqas ta’ ndafa fuq il-bajja li hi frekwentata minn mijiet ta’ familji kuljum fl-istaġun tas-sajf.
Il-kontroversja li kienet reġgħet tqajmet mill-Kunsill Lokali mmexxi minn maġġoranza Laburista, kienet tqajmet ukoll fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar meta staqsa diversi mistoqsijiet parlamentari, madwar disgħa, lil erba’ Ministri tal-Gvern b’rabta ma’ din il-kwistjoni.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis, kien qal li kien infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed jikkunsidra li jitħallew barbecues bil-gass fuq il-bajja tal-Għadira bi prova għal perjodu ta’ żmien. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kienu qegħdin jiddiskutu din il-proposta fi sfond tal-operat tal-immaniġġjar li jsir fuq din il-bajja.
Il-Ministru Joe Mizzi kien ukoll ikkonferma li f’laqgħa li saret tal-Kunsill Lokali, kien infurmat bid-deċizjoni li ħa l-Kunsill Lokali sabiex jibdew jsiru barbecues fuq il-bajja tal-Għadira permezz ta’ apparat tal-gass biss.
Id-Deputat Nazzjoanlista Robert Cutajar, ukoll eks-Sindku tal-Mellieħa, esprima s-sodisfazzjon li b’riżultat ukoll ta’ mistoqsijiet fil-Parlament u appelli li għamel lill-Kunsill Lokali, mhu se jsir ebda tibdil minn dak li l-Kunsill kien qabel dwaru b’mod unanimu.
Ikkummenta wkoll li r-raġuni ma tridx forza hekk kif il-ġid komuni u l-patrimonju ambjentali tal-Maltin se jibqa’ mħares f’din il-bajja tant popolari f’pajjiżna.
Fi żvilupp ieħor, is-Sindku tal-Mellieħa, John Buttigieg, ikkummenta ma;’ The Times li fil-bajja t’Għajn Tuffieħa se jibdew ikunu permessi biss barbecues bil-gass.
//= $special ?>