Il-bord tad-diretturi ta’ Allied Newspapers Ltd fetħu inkjesta dwar l-allegazzjoni serji li saru pubblikament fil-konfront tagħhom.
Dan wara l-artiklu tal-blogger indipendenti Daphne Caruana Galizia irrefferiet għaċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-kumpaniji fil-British Virgin Islands. Il-ġurnalista żiedet li hemm ħafna aktar wara din l-istorja u li tinvolvi l-imsemmija Allied Newspapers Ltd, li huma l-pubblikaturi ta’ Times of Malta u The Sunday Times of Malta, li jorbot ukoll mal-kredibilita’ tal-gazzetti waqt il-kampanja elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali, dik tal-2013.
Il-bord tad-diretturi wara l-laqgħa qalu li huma ddeċidew li jinvestigaw dawn l-allegazzjonijiet serji f’inkjesta indipendenti. Huma stqarru li din l-inkjesta hi miżura ta’ governanza tajba u li bl-ebda mod tintrabat ma’ dak li ġie allegat huwa veru. Il-bord iddeċieda li jappunta lil Michael Rizzo bħala acting managing director, minflok dak preżenti sakemm il-konklużjonijiet jiġu ikkunsidrati.
//= $special ?>
