Raġel li, skont il-Pulizija nstab fil-pussess ta’ 1.5 kilogramma ta’ raża tal-kannabis u €75,000 fi flus kontanti f’rejd tal-Pulizija fl-appartament tiegħu f’San Pawl il-Baħar, ingħata l-libertà proviżorja mill-Qorti llum wara li ċaħad l-akkużi kontrih.
Kenrick Sciriha, ta’ 28 sena, tressaq quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras b’akkużi ta’ traffikar tad-droga kannabis u ta’ ħasil ta’ flus.
Ir-raġel inħeles mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,500 u garanzija personali ta’ €10,000 u ġie ordnat jirrapporta kuljum fl-għassa tal-Pulizija tal-Qawra.
L-akkużat kellu jiddefendih lill-avukat Edward Gatt waqt li l-Ispettur Gabriel Micallef mexxa l-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>
