Futbol Sport

Newcastle ineħħu lil Steve McClaren

Newcastle United ħabbru fi stqarrija li Steve McClaren m’għadux aktar kowċ tal-klabb. Il-Magpies rebħu logħba mill-aħħar sitt konfronti u bħalissa jinsabu fit-18-il post tal-klassifika.

L-istqarrija tgħid li wara t-telfa kontra Bournemouth is-Sibt li għadda, il-klabb ikkunsidra l-pożizzjoni ta’ McClaren u llum kkonkluda li l-kuntratt tal-manager ta’ 54 sena ġie tterminat b’effett immedjat. Il-klabb ħass li din kienet l-aħjar deċiżjoni bl-għan li jsalvaw u d-deċiżjoni ttieħdet fl-interess tal-klabb.

Fost diversi ismijiet biex jieħdu post McClaren, il-favorit jidher li hu l-ekskowċ ta’ Liverpool, Inter u Real Madrid fost l-oħrajn Rafa Benitez.