Newsdesk

Newsdesk: Panamagate u x-Xandir tal-Istat

Id-diskussjoni tal-lejla waqt il-programm Newsdesk, immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, se tkun dwar numru ta’ temi politiċi attwali. Il-mistieden hu d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli.

Fost oħrajn, se jiġi diskuss l-akbar skandlu fl-istorja politika ta’ pajjiżna. Dan wara li ġie żvelat li l-Ministru Konrad Mizzi, li ntagħżel minn Muscat bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, kif ukoll iċ-Chief of Staff Keith Schembri għandhom kumpanija sigrieta u moħbija fil-Panama. Se nitkellmu wkoll dwar l-istat li jinsab fih ix-Xandir tal-Istat.

Newsdesk: mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101. Tista’ tipparteċipa LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail lil studio@radio101.com.mt.