L-Istat Iżlamiku jidher li qed jespandi b’mod mgħaġġel ħafna fil-Libja. Dan stqarru rapport li tressaq quddiem il-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti. Tant hu hekk li l-militanti ta’ dan il-grup terroristiku qed iqisu li huma d-difensuri ewlenin tal-art Libjana.
Ir-rapport jindika li l-kriżi fil-Libja qed tattira ġellieda barranin biex jingħaqdu mal-ISIS f’dan il-pajjiż, ġellieda li qed jgħaddu lejn il-Libja mis-Sudan, it-Turkija u t-Tuneżija.
Ir-rapport jindika wkoll li fl-art Libjana hemm preżenza ta’ militar barrani li qed jiġġieled lill-ISIS imma ma semmietx liema huma l-pajjiżi li bagħtu it-truppi tagħhom. L-Istati Uniti fil-ġimgħat u l-ġranet li għaddew wettqet attakki fuq qagħdiet Libjani li huma kkontrollati mill-ISIS fejn anke intqal li nqatel wieħed mill-mexxejja tal-ISIS fil-Libja Abu Nabil.
//= $special ?>