Lokali

AĠĠORNATA B’FILMAT: Numru ta’ persuni l-isptar wara inċident f’Ħaż-Żabbar

Numru ta’ persuni kellhom jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ iktar kmieni llejla fit-triq l-antika li minn Ħaż-Żabbar twassal għal Wied il-Għajn.

Fuq il-post waslu numru ta’ ambulanzi, kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif xi persuni kienu maqbuda fil-vetturi. Uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija ħadu ħsieb jidderieġu t-traffiku.

L-ewwel indikazzjonijiet juru li dawk feruti ma sofrewx ġrieħi gravi.