Attivisti mis-soċjeta’ ċivili jinsistu fuq r-riżenja immedjata tal-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri fid-dawl tal-investimenti finanzjarju tagħhom f’pajjiż blacklisted, il-Panama. Huma stqarru li din l-aħbar tqajjem dubji serji dwar il-kuntatti pubbliċi tal-Gvern. L-attivisti stqarru wkoll li t-talba biex l-Kummissarju tat-Taxxi Interni jinvetiga l-każ, ma hi xejn ħlief paraventu hekk kif Malta u l-Panama m’għandhom l-ebda ftehim biex jagħtu informazzjoni finazjarja lil xulxin.
Huma qegħdin isejħu għall-publikazzjoni immedjata tal-kuntratti kollha li ġew ffirmat mal-Electorgas Consortium, li qed jieħdu ħsieb il-bini tal-power station il-ġdid f’Delimara, u kull kuntratt simili minn meta Joseph Muscat leħaq Prim Ministru.
Il-firmatarji mis-soċjeta’ ċivili qegħda tiġi aġġornata l-ħin kollu, u s’issa huma:
Michael Briguglio, Monique Agius, Erica Schembri, James Debono, Andre’ Callus, Antoine Cassar, Joe Pace, Andrei Vella Laurenti, Charlot Cassar, Albert Gatt, Patrick Galea, Martin Caruana, Paul Portelli, Ramon Mizzi, Jennifer Agius, Andre Schembri, Jon Mallia, Martin Abela, Edward Mallia, Salvu Mallia, Shaun Grech, Mark Anthony Sammut, Annalisa Schembri, Elton Borg, Joe Azzopardi, Angele Deguara, Alfred Mangion, Anthony T Mamo


