Il-kandidat multi miljunarju Donald Trump, f’isem il-Partit Repubblikan fl-Istati Uniti, kellu jħassar rally ta’ nhar il-Ġimgħa, hekk kif inqala konfront vjolenti bejn in-nies preżenti. Mijiet ta’ nies inġabru fl-Universita’ ta’ Illinois biex jipprotestaw kontrih, ftit siegħat qabel Trump kellu jibda d-diskors.
Kelliem għal Donald Trump qal li din id-deċiżjoni ittieħdet wara laqgħa mal-Pulizija.
Wara li r-rally tħassret, Donald Trump ta l-kummenti tiegħu, u qal li mhux kuntent li kellha tiġi kkanċellata l-attivita’, iżda ma jiddispjaċihx għall-fatt li kien hemm min weġġa’ minn dawn d-dimostranti, hekk kif hu allega li kienu n-nies ta’ kontrih li kienu vjolenti mal-pubbliku preżenti.
//= $special ?>