Lokali

FILMAT : Bħalissa għaddejja l-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista

Bħalissa l-Partit Nazzjonalista se jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi. Agħfas hawn biex tara x-xandira LIVE. 

Il-Maratona li se tixxandar live fuq Net Television u anke xandira speċjali fuq Radio 101 se ssir fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pieta’.

Il-Maratona se ssir fl-isfond tal-ikandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama u l-aħbarijiet li kull ma jmur qed jiżviluppaw dwar iċ-Chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.

Dawk kollha kollha li jixtiequ jagħtu d-donazzjoni jistgħu jagħmlu dan billi jċemplu jew billi jiġu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn se jkun hemm diversi attivitajiet u divertiment għal familja kollha.

 

Dan il-filmat (hawn fuq) ixxandar fuq il-paġna ta’ facebook mill-MZPN