Lokali

FILMAT: Chris Cardona jiżbroffa waqt Xarabank

Il-Ministru Chris Cardona tpoġġa taħt pressjoni kbira waqt il-programm Xarabank tant li f’diversi ħinijiet tal-programm deher aġitat, u tant li f’mumenti minnhom spiċċa biex żbroffa b’għajjat u tixjir tal-karti.

Joseph Muscat bagħat lil Chris Cardona biex jirrappreżenta l-Gvern Laburista, fl-istess waqt li l-Ministru Konrad Mizzi rrifjuta li jitkellem waqt il-programm. Dan hekk kif kien diskuss l-iskandlu tal-Panama.

Waqt il-programm, Chris Cardona spiċċa taħt pressjoni minħabba l-kundanna ġenerali għall-aġir ta’ Konrad Mizzi, li fl-aħħar ġimgħat inqabad li għandu kumpanija sigrieta fil-Panama.

L-iskumdita’ ta’ Chris Cardona kompliet toħroġ fil-beraħ il-pożizzjoni li spiċċaw fiha d-Deputati Laburisti fid-dawl ta’ dan l-iskandlu, tant li l-opinjonista Michael Briguglio qal lil Chris Cardona li “frankament, qed nitħassrek li qiegħed hawn illum!”.