FILMAT : Tidħol f’karozza pparkjata u taħrab biha f’Raħal Ġdid

F’dan il-filmat mara tidher iddur fejn karozza pparkjata u ftit wara tidħol fiha u taħrab biha.

 

Dan il-filmat ittieħed fi Triq Ħaż-Żabbar f’Raħal Ġdid dil-5 ta’ Marzu.

Il-karozza li ġiet irrappurtata li nsterqet kienet tat-tip Skoda Felicia, fejn din kienet ipparkjata ħażina biċ-ċwievet ġo fiha. Dan il-filmat qed idur fuq Facebook sabiex tinstab il-mara li daħlet u telqet bil-karozza. Il-pjanċa tal-karozza kienet LAB 581.

Dawk kollha li jistgħu jgħinu fl-investigazzjonijiet, huma mitluba li jċemplu lill-Pulizija sabiex jwasslu l-informazzjoni.